Il-Ministru Tork għall-Affarijiet Barranin, Mevlut Cavusoglu, qal li ħadd m’għandu jistenna li t-Turkija tmexxi waħedha offensiva militari tal-art kontra t-terroristi tal-ISIS fis-Sirja.
Cavusoglu sejjaħ ukoll biex titwaqqaf no-fly zone fuq il-fruntiera ta’ pajjiżu mas-Sirja, wara li, f’Ankara, saru t-taħditiet mal-Kap ġdid tan-NATO, Jens Stoltenberg.
It-Turkija tinsab taħt pressjoni intensiva biex tgħin aktar lill-qawwiet Kurdi li qed jikkumbattu lill-ISIS fil-belt Sirjana ta’ Kobane. Dan fost ir-rapporti li t-terroristi tal-ISIS qed jikkontrollaw madwar terz ta’ din il-belt strateġika wara sensiela ta’ battalji.
//= $special ?>