Internazzjonali

Ostakli għat-tkabbir

Il-Kummissjoni Ewropea mhix qed tirrakkomanda li jittieħdu passi ġodda dwar it-tkabbir fl-Unjoni fil-konfront ta’ pajjiżi mill-Balkani tal-Punent matul is-sena li ġejja. Iżda l-istituzzjoni Ewropea trid li tiftaħ żewġ kapitli oħra fit-taħditiet dwar it-Turkija.

Fil-pakkett annwali tagħha ta’ rapporti dwar il-pajjiżi li jixtiequ jidħlu fl-Unjoni Ewropea, intqal li l-Unjoni Ewropea għandha tibda negozjati mal-Maċedonja.

Iżda l-Kummissjoni nnutat li l-proċess għas-sħubija tal-Maċedonja jinsab wieqaf minħabba problemi fir-riformi demokratiċi, il-bojkott tal-Oppożizzjoni fil-parlament, u “l-falliment” biex isir progress fit-tilwima li għad għandha mal-Greċja – tilwima li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar 19-il sena.