“Il-perċezzjoni ta’ bniedem fil-karozza fit-traffiku għandu t-tendenza li jara li qed idum iktar milli fir-realta’ qed idum”.
Kienet din id-dikjarazzjoni li għamlet il-Perit Audrey Testaferrata de Noto, rappreżentant tal-Gvern, waqt diskussjoni dwar it-transport fil-programm Newsfeed nhar il-Ħamis filgħaxija.
Id-dikjarazzjoni tal-Perit Testaferrata de Noto nisslet rabja fost ħafna minn dawk li f’ħinijiet differenti matul il-jum, l-iktar filgħodu waqt li qed iwasslu t-tfal l-iskola jew filgħaxija meta jispiċċaw il-ħinijiet tal-uffiċċju. Wieħed irid jara biss uħud mill-kummenti kemm fuq is-sit kif ukoll fuq il-paġna tal-Facebook tas-sit MaltaRightNow.com.
Il-Perit Audrey Testaferrata de Noto kienet waħda mill-mistiedna flimkien man-negozjatur Anġlu Xuereb u Malcolm Felici; l-koordinatur tal-paġna fuq Facebook ‘Maltese Road Traffic Updates’.
Matul id-diskussjoni ntmessu diversi temi li jolqtu t-traffiku f’Malta – fost dawn dawk it-traffiku li qed jinġema’ l-Imsida u Ħal Qormi u t-traffiku f’ħinijiet tal-iskola u f”peak times’ oħrajn.
Claire Mifsud stasqset lil xi membri tal-pubbliku jekk jaħsbux lit-traffiku huwa biss ‘perċezzjoni’. Ara l-filmat t’hawn fuq.
//= $special ?>

