50 siegħa maratona ta’ snooker: inizjattiva annwali mill-Każin tal-Banda l’Isle Adam din is-sena, b’risq u appoġġ lejn il-ħidma kontinwa li l-Mission Fund tagħmel ‘il bogħod minn xtutna.
Is-Sibt filghodu ingħata bidu għat-tieni ġurnata tal-maratona fil-Kazin, bil-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tagħti l-ewwel kolp.
”Intom id-dawl ta’ pajjiżna…qegħdin taghtu t-tama” saħħqet il-President, fejn matul diskors qasir għamlet enfażi fuq il-valuri tal-imħabba, it-toleranza u r-rispett mhux biss lejn persuni li jgħixu f’pajjiżi ta’ faqar imma wkoll fil-komunita’ ta’ bejnietna.
Matul il-maratona, il-pubbliku se jkun jista’ jieħu sehem ukoll f’diversi attivitajiet oħra fosthom ikla kbira fit-toroq tar-Rabat b’divertiment live minn artisti lokali.
//= $special ?>