Festival mimli spettaklu, kulur u immaginazzjoni u li jpoġġi t-tfal u ż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-attenzjoni.
Dan kollu waqt ir-raba’ edizzjoni ta’ Żigużajg, il-Festival tal-Arti li se jittella’ fiċ-ċentru ta’ Kreattivita’ tal-Kavallier ta’ San Ġakbu bejn is-17 u 23 Novembru.
Mill-mużika għaż-żfin, mill-arti viżiva għall-pupazzi u mill-mima ghat-teatru, it-tfal jidħlu f’sensiela ta’ dinjiet fejn jesprimu l-ħolm u l-memorji tagħhom. Kien ghalhekk li dalgħodu diversi tfal kellhom togħma zgħira ta’ dak li jistgħu jistennew matul dan il-festival.
Il-festival Żigużajg se juri 28 produzzjoni, li jinklu 12-il produzzjoni internazzjonali minn seba’ pajjiżi differenti, b’artisti barranini jingħaqdu ma’ dawk Maltin sabiex jinħoloq dan il-festival uniku f’pajjiżna.
//= $special ?>