M’hemmx proċeduri u lbies protettiv f’Għawdex għal din is-sitwazzjoni
Nies speċjalizzati minn Malta se jibdew jintbagħtu Għawdex kull meta jseħħ każ simili
AĠĠORNATA: Dan mhux l-ewwel każ suspettat tal-Ebola f’Għawdex
Każ suspettat ta’ Ebola fl-aħħar sighat ħoloq paniku minħabba nuqqas ta’ preparazzjoni fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex jilqgħu każi suspettati simili bil-prekawzjonijiet kollha meħtiega
Persuna, li fil-fatt żaret l-Isptar f’Għawdex b’sintomi jixbħu lil dik tal-virus li qed jaħkem l-aħbarijiet madwar id-dinja kollha.
Iżda l-wasla ta’ dan il-pazjent fl-isptar t’Għawdex wassal għal kommozzjoni sħiħa hekk kif l-isptar m’għandux l-faċilitajiet neċessarji, inkluż ilbies protettiv, biex jindirizza din is-sitwazzjoni.
U fi stqarrija qasira, is-Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa qal li ma kienx hemm każ suspettat ta’ Ebola f’Għawdex.
Iżda imbagħad is-Segretarjat Parlamentari jirreferi għal każ partikolari fejn spjega li dan il-pazjent ma kienx imsiefer minn Malta għal sitt xhur. L-istqarrija ma tagħmel l-ebda referenza, wisq inqas caħda dwar il-livell ta’ preparazzjoni fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex biex jilqa’ każi suspettati simili.
Intant, dan is-sit kiseb iktar informazzjoni b’dan il-każ. Jirriżulta li l-persuna taħdem bħala ‘diving instructor’ u li meta t-tobba f’Għawdex invistawh u ċemplu Malta biex jiggwidawhom, minn Malta ntqalilhom biex jew jibgħatuh id-dar jew ma jinvistawhx. Kien hawnhekk li nħoloq paniku fl-Isptar Ġenerali.
Minn informazzjoni li ksibna, dan mhux l-ewwel episodju fejn kien suspettat li pazjent iddaħħal l-isptar t’Għawdex b’sintomi jixbħu lil dawk tal-Ebola.
//= $special ?>