“Wasal iż-żmien biex nibdew il-proċess ħalli fid-Djoċesi tagħna jibdew jiġu ordnati d-Djakni Permanenti, u jibdew jingħataw il-Ministeri Lajkali.”
L-Arċisqof Pawlu Cremona ħabbar dan ilbieraħ, fid-diskors tiegħu waqt il-ftuħ tal-Assemblea Djoċesana.
Hu spjega li d-djakonat huwa grad mis-Sagrament tal-Ordni Sagri, tarġa qabel il-presbiterat. Il-kelma “djaknu” gejja mill-Grieg u tfisser “qadi”, spjega l-Arċisqof, u din ir-rieda ta’ servizz u volontarjat diġa’ tidher f’mijiet ta’ irġiel u nisa li jgħinu f’xi qasam tal-Knisja, bħat-tagħlim tal-katekiżmu, għajnuna fil-Parroċċa jew fl-isptarijiet.
Fid-dawl ta’ dan, l-Arċisqof qal li wara snin ta’ riflessjoni u konsultazzjoni, wasal iż-żmien biex dawn l-insara jirċievu l-mandat direttament mingħand l-isqof biex jeżerċitaw dan ix-xogħol tagħhom, dan il-Ministeru Lajkali, b’mod permanenti.
Hu qal li d-Djakni permanenti se jkunu qed isiru kjeriċi billi jirċievu s-Sagrament tal-Ordni Sagri.
//= $special ?>