Lokali

Pulizija rrabjati wara transfers partiġġjani

Il-pulizija li ġew trasferiti fl-aħħar xhur jinsabu rrabjati li l-Ministru responsabbli mill-Intern Manwel Mallia qed ikompli jirrepeti li ngħataw transfer wara li talbuh.

Dan l-istazzjon tkellem ma’ qariba ta’ uffiċjal li ġie trasferit, skont hi minħabba t-twemmin politiku tiegħu. Spjegatilna t-tbatija li għadda mhux biss l-istess uffiċjal imma wkoll familtu wara li qala’ t-transfer. Hi qalet li tant ħadha bi kbira li lanqas ix-xogħol ma ried imur. U affettwat il-familji taż-żewġ naħat. Ommu tgħidx kemm bkiet meta mar jgħidilha. U l-mara tiegħu nkwetata minn naħa l-oħra għax ħasbu li se taqbdu xi depression.

Hi sfidat lill-Ministru Manwel Mallia biex pubblikament isaqsi lill-Pulizija li ġew trasferiti kemm verament talbu dawn it-transfers.

Il-Ministru li rrid ngħidlu hu li jekk hu veru li qed jgħid hu iġib il-Pulizija kollha u jsaqsihom wieħed wieħed jekk hux kuntenti imbagħad nemmnu.

Minkejja li s’issa għaddiet iktar minn sena u nofs mill-elezzjoni li għaddiet, dan l-istazzjon għadu jirċievi telefonati minn pulizija u qraba tagħhom imweġġa’ li ġew trasferiti minkejja li dejjem ghamlu xogħlhom kif suppost.