Futbol Sport

Azzopardi jiffirma ma’ Sliema W.

Kif kien mistenni Stephen Azzopardi din il-ġimgħa ffirma uffiċjalment biex imexxi lil Sliema Wanderers fil-kampjoant Premier wara li l-klabb neħħa lit-Taljan Alfonso Greco.

Din se tkun it-tieni darba li Azzopardi se jkun qed imexxi lit-tim Slimiż li dan l-istaġun xejn ma kellu bidu konvinċenti u rebaħ biss kontra t-timijiet promossi ta’ Pietà Hotspurs u Żebbuġ Rangers.

Azzopardi se jkollu jassistih lill-eks plejer tal-Wanderers Ivan Woods u l-ewwel impenn se jkun kontra Mosta nhar is-Sibt.