IR-RENJU UNITI: Il-cartoons ċelebri ta’ Tom and Jerry – li kienu prodotti għall-ewwel darba fl-1940 mill-film studio ta’ MGM – qed ikunu akkumpanjati bi twissija li jistgħu jinkludu x-xeni ta’ ‘preġudizzju razzjali’.
It-twissija annessa mal-cartoons klassiċi tal-qattus u l-ġurdien huma intiżi għall-abbonati ma’ Amazon Prime Instant Video. Dan wara li xi nies irreferew għall-karattru tas-seftura sewda f’din is-sensiela bħala indikattiva ta’ kategorizzazzjoni razzista.
It-twissija ta’ Amazon tgħid li dan it-tip ta’ preġudizzju, fil-passat, kien komuni qalb is-soċjetà Amerikana. Madankollu, Frank Furedi, professur tas-soċjoloġija mal-Università ta’ Kent, ikkritika t-twissija bħala waħda bla sens u tipika taċ-ċensura li, illum, tidher li qed tiddomina l-ħajja kulturali.
//= $special ?>