L-Atleta mill-Afrika t’Isfel; Oscar Pistorius għada jirritorna l-Qorti biex ikun magħruf jekk hux se jkun qed jiskonta sentenza ta’ ħabs talli qatel b’mod negliġenti lill-għarusa tiegħu Reeva Steenkamp, inkella hux se jkun dikjarat persuna ħielsa.
Wara ġuri li ħa sitt xhur u li żamm lill-Afrika t’Isfel kollha fuq ix-xwiek u miljuni jsegwu madwar id-dinja, hu mifhum li f’każ li Pistorius jingħata sentenza mhux ta’ priġunerija, jista’ jwassal għal rabja pubblika fost l-Afrikani suwed fl-Afrika t’Isfel minħabba li 20 sena wara l-apartheid il-bojod sinjuri għadhom qed igawdu minn preferenzi ġuidizzjarji.
L-Atleta Olimpiku u Paralampiku nstab ħati ta’ qtil imma mhux ta’ qtil volontarju jew premeditat.
//= $special ?>