Lokali

Ikkaċċjaw tajr mhux protett “bi ħdura”, jappella kaċċatur

Aġġornata: M’għandux ikun hemm kaċċa fuq tajr protett – iżda l-għasafar li jistgħu jiġu kkaċċjati għandhom jinqatlu “bil-ħdura”.

Qarrej ta’ MaltaRigthNow bagħat dan ir-ritratt li ttieħed minn fuq il-paġna tal-Facebook ta’ kaċċatur partikolari.

Fil-post tiegħu fuq Facebook, ir-raġel appella biex kulħadd josservja l-liġi, iżda t-tajr li hu legali li wieħed jikkaċċja, għandu jkun “mifqugħ bi ħdura.”

Ir-raġel appella biex “malvezz li jgħaddi, ħalluh ħa jidħol mal-kanna u sparixxuh”. Żied jgħid biex l-għasafar “li tistgħu toqtlu, oqtlu bl-akbar ħdura”.

U f’ritratt li jakkumpanja l-messaġġ ta’ dan ir-raġel jgħid hekk: “kull wieħed li jgħaddi ifqugħ bil-ħdura.”

Intant, aktar tard il-persuna, li dan is-sit bl-ebda mod u fl-ebda ħin ma xandar l-identita’ tiegħu, talab skuża għall-kumment li għamel. Il-kummenti ta’ din il-persuna, li nkitbu b’mod pubbliku fuq Facebook, ġew għall-attenzjoni ta’ dan is-sit wara li persuna jew persuni tefgħu ‘screenshot’ tal-post ta’ din il-persuna fuq grupp fuq Facebook li jġib l-isem ta’ ‘BirdLife Malta’.

10672227_10154686579105265_3864242982325176816_n