Internazzjonali Kurżitajiet

It-tmellis jista’ joħloq stress fil-qtates

Mill-Arkivji

IR-RENJU UNIT: Li wieħed imelles il-qattus hi xi ħaġa tajba. Iżda issa sidien ta’ annimali domestiċi ġew avżati li meta wieħed ifissed ħafna lil xi qattus ikun qed ipoġġih fi stress kbir.

Ir-riċerka żvelat li aktar minn nofs in-nies ma jafux x’jaqbdu jagħmlu meta jkollhom qattus anzjuż u jaħsbu li t-tmellis jista’ jkun soluzzjoni.

Cats Protection, organizzazzjoni li taħdem għall-ġid tal-qtates, staqsiet lil sidien tal-annimali x’jafu meta jiġu biex jieħdu ħsieb il-qtates. Iżda sabet li ftit jafu x’għandhom jagħmlu meta jsibu ruħhom f’sitwazzjoni fejn il-qattus ma joqgħodx kwiet.

Nicky Trevorrow, minn Cats Protection, fisser li l-qtates għandhom bżonn l-ispazju u l-paċi. Hu qal li s-sidien iħobbu lill-annimali tagħhom u jriduhom biex ikunu kuntenti, iżda r-riċerka enfasizzat nuqqas ta’ għarfien dwar x’jikkawża l-istress fuq il-qtates u kif wieħed jittratta ċirkostanzi bħal dawn.

L-għaqda wkoll sabet li 55 fil-mija ma rrealizzawx li meta qattus jew kelb jgħix ma’ qattus jew kelb ieħor, jistgħu jsibu ruħhom fi stress u 51 fil-mija fallew milli jirrikonoxxu l-ħmieġ li jħallu mal-art bħala sinjal ta’ stress.

Kwart tan-nies li wieġbu l-kwestjonarju qalu li meta annimal domestiku jintbagħat għall-grooming, dan jindika li l-annimal ikun qed ibati minn ansjetà.