Uffiċjali f’Pariġi qalu li qawwiet tal-ajru Franċiżi, ilbieraħ, qerdu konvoj tal-grupp terroristiku Al-Qaida li kien qed iwassal kunsinna ta’ armi mil-Libja għall-Mali.
Ir-rapporti qalu li l-konvoj speċifiku nqered waqt li kien għaddej mit-territorju tan-Niġer. Intant, stqarrija mill-Uffiċċju tal-Presidenza ta’ Franza qalet li grazzi għall-intervent (mill-qawwiet Franċiżi) setgħu jinħatfu kwantità ta’ armamenti, b’numru ta’ persuni li kienu qed jivvjaġġaw mal-konvoj jinqabdu priġunieri.
Skont l-istqarrija, il-konvoj kien taħt it-tmexxija ta’ militanti mal-grupp ‘Al-Qaida fil-Maghreb Iżlamiku (AQIM)’, li hu fergħa partikolari tal-moviment li kien waqqaf it-terrorista Osama bin Laden
Il-qawwiet ta’ Franza, fl-2013, kienu kkonfrontaw direttament il-kriżi tal-militanti fil-Mali li kellhom il-konnessjoni mal-grupp Al-Qaida.
Illum hemm numru ta’ qawwiet għaż-żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti stazzjonati fil-Mali, iżda dawn qegħdin ikunu attakkati mill-militanti Iżlamiċi.
//= $special ?>