Fl-Istati Uniti għadu kemm kien konfermat it-tieni każ ta’ Ebola. Dan hu ħaddiem fl-isptar fejn kien iddaħħal ir-raġel Liberjan, li miet il-ġimgħa li għaddiet.
Ir-raġel Liberjan kien irnexxielu jidħol f’Dallas f’Texas fuq titjira li telqet mil-Liberja u għamlet ‘stopover’ Brussell mingħajr ħadd ma induna li kien marid bl-Ebola. Hu miet nhar l-Erbgħa li għadda.
L-isem tal-ħaddiem fl-isptar f’Texas s’issa ma nħariġx; imma l-awtoritajiet kienu wissew li mhux qed jeskludu li jfeġġu aktar każijiet.
//= $special ?>