Il-Union tal-Qwiebel u l-Infermiera, l-MUMN, fi stqarrija giddbet lill-Gvern li qal li Għawdex tinsab preparata f’sitwazzjoni ta’ każ tal-Ebola.
Fi stqarrija b’reazzjoni għal storja ta’ dan l-istazzjon li f’Għawdex kien hemm każ suspettat tal-Ebola, il-Gvern mhux biss ċaħad dan iżda żied ukoll li dawk kollha involuti fil-qasam tas-saħħa… inkluż f’Għawdex, kienu preparati anke’ dwar l-użu tajjeb ta’ ilbies protettiv.
Iżda stqarrija maħruġa mill-MUMN tagħti stampa kompletament differenti, bil-Union tgħid li mhux biss f’Għawdex m’hemmx ilbies u tagħmir protettiv fl-isptar Ġenerali t’Għawdex iżda li qatt ma sar eżerċizzju biex f’każ ta’ xi ħadd infettat bl-Ebola, dan jiġi trasferit lejn l-isptar Mater Dei. Minkejja li l-pjan inkiteb, qatt ma sar eżerċizzju ta’ taħriġ dwaru.
L-MUMN qalet li l-infermiera f’Għawdex ilmentaw li t-taħriġ li sar, sar b’ilbies tas-soltu, u mhux ilbies protettiv li meħtieġ biex jiġu trattati pazjenti bl-Ebola.
L-MUMN żiedet tgħid li dan it-tip ta’ ilbies imsejjaħ ‘Personal Protective Equipment’ mhux provdut la fit-Taqsima tal-Mard Infettiv f’Mater Dei wisq inqas fl-isptar Ġenerali t’Għawdex.
//= $special ?>