Lokali

RITRATTI: Il-ġimgħa bir-ritratti

Maltempata fil-gżejjer Maltin: Maltempata laqtet il-gżejjer Maltin, b’riħ b’qawwa ta’ 102 kilometri fis-siegħa kien biżżejjed biex numru ta’ kontejners inqalbu u arbli tad-dawl tqaċċtu.

maltemp 1.1

1

 

L-Ebola u l-infermiera Spanjola: Il-kundizzjoni ta’ saħħet l-infermiera Spanjola li spiċċat infettata bl-Ebola kompliet taqbeż għall-agħar. Teresa Romero, ta’ 40 sena, kienet waħda minn 30 ħaddiem fi sptar fil-belt kapitali Madrid jieħdu ħsieb żewġ saċerdoti Spanjoli li mietu tul l-aħħar xahrejn kaġun tal-istess marda.

3

 

Kim Jong-Un jibqa’ ma jitfaċċax: Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un baqa’ ma tfaċċax għaċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru d-69 anniversarju mit-twaqqif tal-Partit tal-Ħaddiema. L-aħħar dehra pubblika tiegħu kienet f’Lulju li għadda, u minn dakinhar inħolqu għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar it-tmexxija tiegħu u kien hemm ukoll rapporti li qiegħed ibati biex jimxi.

2

 

Premju Nobel għall-Paċi: Malala Yousafzai, l-attivista mill-Pakistan favur id-dritt tal-edukazzjoni tat-tfal, flimkien ma’ Kailash Sathyarti, Indjan li jaħdem favur titjib tad-drittijiet tat-tfal, rebħu l-Premju Nobel għall-Paċi ta’ din is-sena.

5

 

 

Vladimir Putin insultat: Fil-Belarus, mal-100 partitarju tal-futbol kienu arrestati wara li dawk miġbura fil-grawnd bdew ikantaw innu mimli insulti fil-konfront tal-President Russu Vladimir Putin. Il-logħba futbol kienet bejn it-timijiet nazzjonali tal-Belarus u l-Ukrajna.

4

 

Malti rebbieħ tal-Premju tal-Letteratura organizzat mill-UE: L-awtur Malti Pierre Mejlak huwa fost 13-il rebbieħ tal-Premju tal-Letteratura organizzat mill-Unjoni Ewropea. Dan il-premju prestiġjuż rebħu permezz tal-ktieb ‘Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid’, pubblikazzjoni ta’ Merlin. Mejlak wera t-tama li dan il-premju jiftaħ orizzonti ġodda fil-ħidma letterarja tiegħu, kemm Malta, kif ukoll lil hinn minnha (Ritratt: George Saguna)

6

 

Concita Wurst fil-Parlament Ewropew: Għalkemm il-Parlament Ewropew huwa magħruf li ma jattirax daqstant folol, dil-ġimgħa mal-2,000 delegat, impjegati u nies oħra segwew lil Concita Wurst, it-transesswali mill-Awstrija rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-Eurovision, tkanta… għax wara kollox, kif qalet Concita… “hija mhix midħla tal-politika iżda kantanta”

7