Kultura Kunsilli Lokali Lokali

Tittella’ ‘Għad-Dell tal-Mitħna’ fiż-Żurrieq

Matual il-ġurnata tal-Ħadd 12 ta’ Ottubru, il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq organizza attività bl-isem Għad-Dell tal-Mitħna bl-għajnuna ta’ fondi miksuba mill-Unjoni Ewropea.

Waqt din l-attività kien hemm l-opportunità biex wieħed iżur il-Mitħna tax-Xarolla u l-inħawi. Kien hemm wkoll is-sehem tal-Orkestra taż-Żurrieq u mużiċisti oħrajn bi strumenti tradizzjonali.

Fost numru ta’ stands li kien hemm bi prodotti agrarji, kien hemm wkoll numru ta’ annimali fosthom ħmir u sriedaq.

Waqt din l-attività kien hemm wkoll parata minn suldati lebsin kostumi tal-medjuevu.

Id-Deputat Nazzjonalista tal-Ħames Distrett, il-Perit Toni Bezzina attenda għal din l-attività fejn faħħar l-inizzjattivà tal-Kunsill kif wkoll il-parteċipazzjoni tal-għaqdiet fosthom l-iScouts taż-Żurrieq u oħrajn.