Lokali

Ammont konsiderevoli ta’ ‘bricks’ jaqgħu minn fuq trakk tal-ġebel

It-traffiku fit-Telgħa t’Alla w Ommu kellu jimxi bil-mod aktar mis-soltu wara li numru ta’ bricks waqgħu minn fuq trakk tal-ġebel. Mhux magħruf x’wassal għall-inċident, hekk kif għal xi raġuni l-bieba tal-ġenb tat-trakk infetħet u minn fuqu waqgħu ammont konsiderevoli ta’ bricks.

(Ritratt: Il-Paġna ta’ Maltese Road Traffic Updates fuq Facebook)