Aġġornament: 3.50pm Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici kkonferma r-rapport żvelat minn MaltaRightNow.com aktar kmieni, hekk kif f’konferenza tal-aħbarijiet ħabbar li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tas-sena d-dieħla se jsiru. Hu qal li dawn se jsiru mar-referendum dwar il-kaċċa, ladarba dan jingħata l-approvazzjoni mill-Qorti Kostituzzjonali. Il-Ministru Bonnici ikkonferma wkoll li l-elezzjonijiet tal-2017 se jitħassru biex elezzjonijiet għal-lokalitajiet kollha jsiru mal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2019.
Aktar kmieni …
Fil-minuti li ġejjin, il-Gvern mistenni jħabbar il-pożizzjoni tiegħu dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li l-pjan tal-Gvern hu li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali għall-2015 mistennija jsiru, għalkemm mhux neċessarjament f’Marzu.
Min-naħa l-oħra, il-Gvern mistenni jħabbar li l-elezzjonijiet skedati għall-2017 jitħassru biex fl-2019 l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kollha jsiru ma’ dik tal-Parlament Ewropew u mbagħad kull ħames snin.
//= $special ?>