Il-Partit Nazzjonalista ressaq ilment lill-Public Broadcasting Services dwar il-parteċipazzjoni tal-Uffiċjal tal-Gvern Alex Muscat fuq l-istazzjon nazzjonali. Il-PN ilmenta wara li waqt l-edizzjoni ta’ dalgħodu tal-programm TVAM, Alex Muscat ġie mistieden bħala “Opinjonista”, meta fil-verità hu kelliem tal-Gvern.
Alex Muscat jaħdem fis-Segretarjat tal-Prim Ministru f’Kastilja, tant li akkumpanja lil Muscat fiż-żjara li għamel aktar tard matul il-ġurnata fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, kif ukoll hu l-Minority Leader tal-Partit Laburista fil-Mosta u anke kandidat Laburista.
Agħfas hawn biex taqra l-ilment mibgħut mill-Partit Nazzjonalista.
(Ritratt: meħud mill-Paġna tal-Partit Laburista fuq Facebook | Filmat: Kif Alex Muscat ġie introdott waqt il-programm)
//= $special ?>