Internazzjonali

Hong Kong: Il-Pulizija b’azzjonijiet kontra d-dimostranti

Matul il-jum, il-Pulizija f’Hong Kong bdew jieħdu azzjoni kontra d-dimostranti li qed jipprotestaw favur id-demokrazija. Kien hemm ukoll inċidenti wara li gruppi ta’ rġiel ħebbew għad-dimostranti. Fl-aħħar jiem, kien hemm akkużi li l-Gvern qed jagħmel użu minn delinkwenti biex iħebbu għad-dimostranti.

L-awtoritajiet Ċiniżi qed isostnu li qed jieħdu din l-azzjoni biex id-dimostranti ma jkomplux ifixklu t-traffiku. Madankollu, hekk kif il-protesti daħlu fit-tielet ġimgħa, l-awtoritajiet Ċiniżi wissew li dawn ma jistgħux ikomplu indefinittivament.