Fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra li qed jiltaqa’ bħalissa, il-Ministru Joe Mizzi, responsabbli mill-proġett tal-bini l-ġdid tal-Parlament, baqa’ jirrifjuta li jagħti indikazzjoni tad-data meta l-bini l-ġdid se jitlesta, u ddefenda l-kritika li saret li l-Parlament ma setax jiltaqa’ fil-bini l-ġdid għax qal li mhux hu li stabbilixxa d-data tat-12 ta’ Ottubru 2014, iżda kien il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra li ddeħieda din id-data.
Il-Ministru Mizzi naqas li jagħti data indikattiva, minkejja li fl-ittra li l-Ministru Joe Mizzi bagħat lill-Ispeaker tal-Parlament meta infurmah li l-Parlament mhux se jkun lest sad-data stabbilita, kien wiegħed li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra se jingħata data indikattiva u spjegazzjoni ta’ fiex wasal ix-xogħol il-bini tal-Parlament il-ġdid.
//= $special ?>

