Futbol

Prestazzjoni sabiħa mill-Maltin kontra l-Italja

It-tim nazzjonali Taljan rebaħ lil Malta bl-iskor ta’ 1 – 0, hekk kif ftit tal-ħin ilu ntemmet il-logħba tal-kwalifikazzjoni għat-tazza Euro 2016, fil-grawnd nazzjonali ta’ Ta’ Qali.

Graziano Pelle kien l-ewwel u l-uniku plejer li skorja matul din il-logħba, bil-gowl tiegħu jimmarka r-riżultat fit-23 minuta tal-partita.

U b’deċiżjoni iebsa mir-referee, ftit tal-ħin wara, Malta tilfet lil Michael Mifsud, fuq fawl fuq Florenzi.

Proprju fit-tieni nofs tal-partita, in-numri tal-plejers fit-timijiet kiseb lura l-bilanċ, bit-tkeċċija ta’ Leonardo Bonucci, wara fawl fuq Andre’ Schembri.

Il-logħba, li xxandret fuq l-istazzjon nazzjonali ra s-sehem ukoll ta’ eluf ta’ Maltin li żaru bi ħġarhom ‘il grawnd nazzjonali ta’ Ta’ Qali, fejn taw l-appoġġ qalbieni tagħhom lit-tim nazzjonali Malti, f’logħba li r-riżultat finali tagħha kien wieħed li ssorpriża saħansitra lit-tim Taljan.