Żewġ tfajliet kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp, f’Santa Venera, hekk kif intlaqgħtu minn vettura waqt li kienu qed jaqsmu t-triq. L-inċident, li seħħ fl-4pm, wassal biex it-tfajliet kellhom jittieħdu l-isptar Mater Dei għal kura.
It-tfajliet għandhom 15 u 16-il sena. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>