Internazzjonali

Attitudni iżjed pożittiva dwar l-omosesswalità fil-Vatikan

L-ogħla awtoritajiet reliġjużi li qed jieħdu sehem fl-analiżi tat-tagħlim Kattoliku dwar il-familja, talbu lill-Knisja biex tadotta attitudni iżjed pożittiva dwar l-omosesswalità.

Rapport preliminari miktub mill-isqfijiet matul is-sinodu tal-Vatikan qal li persuni omosesswali għandhom “kwalitajiet sbieħ x’joffru”.

Ir-rapport ma jisfidax l-oppożizzjoni dejjiema tal-Knisja għal żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess, iżda wħud mill-gruppi dwar id-drittijiet tal-omosesswali faħħru dan ir-rapport.
Gruppi konservattivi rrifjutaw ir-rapport u grupp partikulari fissru bħala “tradiment”.

Aktar minn 200 isqof ilhom jieħdu sehem f’dan is-sinodu mill-5 ta’ Ottubru. Is-sinodu nfetaħ mill-Papa Franġisku bl-iskop li jiddiskuti suġġetti kontroversjali bħall-abort, il-kontraċettivi, l-omosesswalità u d-divorzju.