Futbol Sport

Difensur Żvediż imut ta’ 33 sena

Id-difensur Żvediż Piontus Segerstrom miet fl-età ta’ 33 sena u xahrejn wara li nstab li kellu kanċer f’moħħu.

Il-captain ta’ IF Brommapojkarna lagħab 14-il logħba fl-ogħla diviżjoni Żvediża qabel instab li kellu kanċer wara li kien jilmenta minn uġiegħ ta’ ras.

L-aħħar logħba tiegħu kienet partita ta’ kwalifikazzjoni mill-Europa League kontra Torino fil-31 ta’ Lulju.
“Xahrejn ilu kien f’saħħtu għal kollox. Din hi traġedja. Kien igawdi r-rispett ta’ kulħadd,” qal il-President tal-klabb Ola Danhard.