Qed ikompli jikber it-taħwid u l-paniku tal-Gvern fl-Enemalta. Wara t-twaqqif ta’ kumpanija li fiha tpoġġew il-ħaddiema kollha tal-Korporazzjoni, NET News illejla se jiżvela li l-Gvern waqqaf kumpanija oħra mingħajr ma ħareġ l-ebda stqarrija dwar dan.
Fl-aħħar ġimgħat, din il-kumpanija sselfet €80 miljun jew aktar minn banek lokali biex għaddiethom lill-Enemalta, li min-naħa tagħha għamlet tranżazzjoni biex tgħaddi l-Petrolium Division lil din il-kumpanija. Dan il-logħob intern biex il-Gvern jirnexxielu jissellef aktar flus fuq l-Enemalta sal-lum inżamm moħbi mill-Gvern.
Dan kollu fl-istess nifs li l-Ministru Konrad Mizzi, minn Beijing, fejn qiegħed fuq żjara oħra fiċ-Ċina fejn ġej u sejjer, qalilna li l-Enemalta naqqset it-telf tagħha.
Aktar dettalji se jiġu żvelati f’NET News tal-lejla u fil-ħarġa ta’ għada ta’ In-Nazzjon.
//= $special ?>