Il-Gvern għadu qed jirrifjuta li jippubblika u jressaq fil-Parlament il-kuntratt li l-Ministru Konrad Mizzi ffirma għall-bini tal-Power Station il-ġdida f’Delimara. Meta wieġeb Mistoqsija Parlamentari, il-Ministru Mizzi qal li l-informazzjoni rilevanti tiġi ppubblikata fil-mument opportun.
Fil-Mistoqsija Parlamentari, li tressqet f’Lulju li għadda, id-Deputat Nazzjonalista George Pullicino talab lil Konrad Mizzi biex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ffirma mal-kumpanija. Fis-16 ta’ Mejju li għadda, il-Prim Ministru qal li ma jsibx diffikultà li dan il-kuntratt jiġi ppubblikat.
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista għamlet ukoll referenza għal dan in-nuqqas, li qed jibqa’ jippersisti fih il-Gvern biex jibqa’ ma jippubblikax il-kuntratt, fil-Mozzjoni li ppreżentat ilbieraħ stess fil-Parlament.
//= $special ?>

