Il-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi ma tax l-informazzjoni fil-Parlament mitluba mill-Oppożizzjoni dwar in-numru ta’ pazjenti li bejn Jannar u Mejju 2014 tħallew jistennew fuq stretcher fis-Sala tal-Osservazzjoni jew f’xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei. Fit-tweġiba li ta, il-Ministru Mizzi qal biss li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Il-Mistoqsija Parlamentari saret fis-17 ta’ Lulju li għadda u tul is-Sajf kollu, meta l-Parlament kien wieqaf, il-Ministru Konrad Mizzi jew l-Uffiċjali tiegħu baqgħu ma ġabrux l-informazzjoni mitluba mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech.
//= $special ?>

