Internazzjonali

Il-Kurdi jaħtfu mill-ġdid għolja strateġika f’Kobane t-Turkija

Ġellieda Kurdi li qed jattakkaw lill-militanti tal-ISIS reġgħu ħatfu għolja strateġika u importanti fil-Punent ta’ Kobane fil-fruntiera bejn is-Sirja u t-Turkija.

L-avvanzi saru wara serje ta’ azzjonijiet militari mill-ajru mill-koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti.
L-għolja Tall Shair, kienet inħatfet aktar minn għaxart ijiem ilu mill-estremisti Iżlamiċi, li kienu assedjaw iz-zona għal xahar sħiħ.

Il-President Amerikan Barack Obama laqqa’ taħditiet ma’ kapijiet militari ta’ aktar minn 20 pajjiż dwar kif l-ISIS għandu jkun attakkat fis-Sirja u fl-Iraq.