Internazzjonali

Imut ħaddiem tan-Nazzjonijiet Uniti bl-Ebola fil-Ġermanja

Ħaddiem tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), li kien infettat bil-marda tal-Ebola, miet fi sptar fil-Ġermanja.

It-tobba fi sptar f’Leipzig qalu li r-raġel, ta’ 56 sena, miet fis-sigħat bikrin tal-bieraħ filgħodu. Ir-raġel kien qed jaħdem bħala uffiċjal mediku fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja – wieħed mill-aktar pajjiżi milquta minn din il-marda qalila – meta ġie infettat bl-Ebola.