Lokali

Kulleġġ Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista

Il-KKLPN jinnota li, fl-aħħar, il-Gvern irrejalizza li kien ikun żball li jikkanċella l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta’ l-2015. Din id-de ċ i ż joni turi kemm fil-fatt il-Partit Nazzjonalista kien korrett fid-dikjarazzjonijiet li g ħ amel matul l-aħħar xhur. Għalkemm il-KKLPN jilqa’ din id-de ċ i ż joni b’sodisfazzjon, g ħ andu riservi dwar il-fatt li l-Gvern neħħa l-elezzjonijiet ta’ l-2017.

Kif ġa stqarr il-KKLPN l-ebda elezzjoni m’ għandha tiġi kkanċellata jekk verament nixtiequ li l-prin ċ ipju tad-demokrazija ji ġ i m ħ addan. Ikun g ħ aqli li l-gvern jara li l-fatt li d-data ta’ meta ser isiru dawn l-elezzjonijiet fl-2015 s’issa g ħ adha mhix mag ħ rufa ma twassalx g ħ al konsegwenzi negattivi fuq il-Kunsilli Lokali.

Rigward id-deċiżjoni tal-Gvern li l-elezzjonijet tal-Kunsilli Lokali isiru kull hames snin , wieħed irid jikkunsidra sewwa x’effett ser ikollha din il-proposta It-terminu ta’ erba’ snin kien ġie mag ħżul wara pro ċess twil ta’ konsultazzjoni, u mhux permezz ta’ proċess bħal ma sar minn dan il-Gvern, liema pro ċess dam biss ftit ġimg ħat

Il-KKLPN hu favur kull inizjattiva li ssa ħħa ħ il-Kunsilli Lokali, u l-Gvern g ħandu jevita sitwazzjonijiet li jistgħu idgħajfu l-Kunsilli Lokali. B’hekk il-KKLPN iħeġġeġ lill-Gvern biex joħroġ b’inizjattivi li fil-fatt isaħħu l-Kunsilli Lokali, u billi jag ħtihom iktar fondi u ri żorsi sabiex verament jistgħu jaħdmu. Il-Gvern għandu jevita sitwazzjonijiet, bħal dik li ħoloq hu stess matul l-aħħar xhur, liema sitwazzjonijiet ħolqu sens ta’ inċertezza