Żewġ aħwa ma ngħatawx il-liberta’ proviżorja u nżammu taħt arrest preventiv, minkejja li wieġbu mhux ħajta li ħebbew għal raġel, li jiġi ħu tfajla, li qed toħroġ ma’ wieħed minnhom.
Francis Bugeja ta’ 27 sena mill-Fgura u Tyson Bugeja ta’ 19-il sena residenti l-Birgu, ġew mixlijin b’attentata ta’ ferita gravi fuq Jurgen Gauci, waqt ġlieda li qamet nhar it-Tnejn filgħaxija f’Ħaż Żebbuġ. Huma ġew akkużati wkoll li kellhom fil-pussess tagħhom strument li jaqta’ u bil-ponta.
Mill-provi rriżulta kif l-allegat vittma jiġi ħu tfajla li kellha relazzjoni ma’ Francis Bugeja, li wkoll sofra ġrieħi waqt dan l-inċident, tant li kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura. Fil-fatyt huwa deher fil-Qorti b’idu infaxxata.
Francis kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest fuq każ differenti. Fuq dak il-każ partikolari kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €10,000.
Min-naħa l-oħra, ħuh iż-żgħir kien ukoll ngħata l-ħelsien għall-arrest fuq garanzija personali ta’ €1,000 fuq każ separat ippresedut mill-Maġistrat Antonio Micallef Trigona.
Il-Maġistrat Ian Farrugia ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest għaż-żewġ imputati. Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Kylie Borg. Għaż-żewġt aħwa deheru l-Avukati Franco Debono u Angie Muscat.
//= $special ?>

