Il-wegħda tal-Gvern li jtejjeb it-trasport pubbliku wara t-tluq tal-Arriva minn Malta ma tantx jidher li qed tħalli l-frott. Huma diversi dawk li jsegwu MaltaRightNow.com u li minn żmien għall-ieħor qed jibgħatu ritratti u filmati tas-sitwazzjonijiet xejn pjaċevoli fuq il-bus stops madwar il-pajjiż.
L-aħħar wieħed minn sensiela hu dan ir-ritratt, li juri l-bus stop ta’ taħt Bieb il-Bombi, ittieħed għall-ħabta tal-10.30am. Il-persuna li tkellmet magħna qalet li jekk kjuwijiet daqshekk twal dehru f’dak il-ħinijiet, minjaf kemm is-sitwazzjoni tkun agħar waqt ħinijiet aktar traffikużi.
Hu inevidabbli li l-persuni jidhru li ilhom ħafna jistennew, u hu mifhum li għal ħin twil baqgħet m’għaddiet l-ebda karozza tal-linja. Dan minkejja li minn hawn suppost jgħaddu varjetà sħiħa ta’ rotot differenti. Il-persuna li tkellmet magħna qalet li semgħet lil uħud minn dawk fuq il-bus stop jgħidu li kellhom jitilfu l-lectures fl-Università jew il-Junior College. Spjegaw ukoll kif malli bdew jgħaddu tal-linja, dawn bdew jgħaddu kollha mimlija u allura jibqgħu sejrin.
//= $special ?>