Internazzjonali

Ebola: It-tieni każ fl-Istati Uniti, il-WHO twissi

F’Dallas fl-Istati Uniti dalgħodu tħabbar li kien ikkonfermat it-tieni każ ta’ Ebola. Anke dan hu ħaddiem li jaħdem fi sptar fejn kien ikkurat raġel mil-Liberja li daħal fil-pajjiż bil-marda.

Sadanittant, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), id-dinja għandha biss 60 ġurnata ċans biex teqred l-Ebola. Jekk dan ma jiġrix, il-konsegwenzi jistgħu jkunu kbar. Il-WHO sostniet dan, hekk kif sal-aħħar tas-sena jista’ jkollna madwar 10,000 każ ġdid ta’ Ebola kull ġimgħa.

Il-WHO temmen li din hi sitwazzjoni li qatt ma rajna bħalha u li jekk ma tiġix ikkontrollata sal-Milied, m’hemm l-ebda pjan għaliha.