Lokali Parlament

Gvern li moħħu biss biex jaħbi

Il-Gvern ta’ Joseph Muscat huwa sinonimu man-nuqqas tat-trasparenza. Ma ppubblikax il-kuntratt li ffirma maċ-Ċiniżi, ma ppubblikax il-kuntratt li ffirma mal-Electrogas u llum sirna nafu li lanqas biss tkellem dwar ix-xiri tal-Petroleum Division mingħand l-Enemalta.

Il-Partit Nazzjonalista qal dan fi stqarrija, fejn semma’ kif issa l-Gvern qed jinsisti li d-dibattitu msejjaħ mill-Oppożizzjoni dwar il-bini tal-Powerstation, skedat għal nhar it-Tnejn, ma jixxandarx fuq it-televiżjoni.

Muscat qed jgħid li ma jridx li dan id-dibattitu jixxandar għaliex mhix il-prassi li jsir hekk. Il-verita’ hi li Muscat ma jridx li d-dibattitu dwar il-wegħda li kiser mal-poplu Malti jixxandar fuq it-televiżjoni. Lanqas fuq din, Muscat mhu kapaċi jgħid il-verita’. Mhux ta’ b’xejn li lil Muscat m’għadu jemmnu ħadd.