Internazzjonali

Iktar vjolenza kontra l-protestanti f’Hong Kong

L-awtoritajiet f’Hong Kong qalu li s-sitt Pulizija li jidhru f’filmat isawtu dimostrant żgħażugħ immanetjat u mixħut mal-art tneħħew mis-servizz.

Dan wara li ħareġ filmat ta’ erba’ minuti tal-inċident, hekk kif l-awtoritajiet bdew jieħdu azzjoni kontra d-dimostranti li qed jipprotestaw favur id-demokrazija f’Hong Kong.

Filfatt, matul il-lejl bejn it-Tlieta u l-Erbgħa reġa’ kien hemm inċidenti u arresti.