Il-pressjoni tal-PN wasslet biex l-elezzjonijiet li jmiss tal-kunsilli lokali se jsiru
Il-politika tal-gvern Laburista fl-enerġija se twassal biex il-pajjiż se jintrabat li jixtri elettriku iktar milli għandu bżonn u bi prezz ogħla minn dak li jista jinxtara kieku jitlesta l-interconnector.
Dan sostnieh il-Kap tal-PN Simon Busuttil meta lbieraħ filgħaxija indirizza laqgħa għall-kunsilliera tal-PN fid-Dar Ċentrali. Il-laqgħa kienet indirizzata wkoll mill-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma tal-PN Beppe Fenech Adami, mis-Segretarju Ġnerali tal-PN Chris Said u mid-Deputat nazzjonalista David Agius.
Il-Kap tal-PN qal li Joseph Muscat baqa’ jgħid sa ftit ġranet iilu li l-proġett tal-power station il-ġdida kien on track meta issa jidher ċar li dan falla. Hu fakkar ukoll kif minkejja l-kritika kollha li l-power station kienet fabbrika tal-kanċer, illum il-gvern Laburista għadu juża l-istess żejt. Fuq kollox, sostna Simon Busuttil, il-gvern se jbiegħ propju l-power station tal-BWSC liċ-Ċiniżi meta ftit ilu kien tant jikkritika l-bini ta’ din il-power station.
Il-Kap tal-PN kompla li l-gvern raħħas il-kontijiet bi €30 miljun meta bil-power station tal-BWSC iffranka €50 miljun fis-sena. Dan juri li l-Gvern mhux jgħaddi r-roħs kollu lill-konsumaturi, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li l-politika Laburista kienet li r-roħs fl-enerġija kien jiddependi minn fuq il-power station il-ġdida iżda issa qed jgħid li r-roħs ma jiddependix biss minn din il-power station. Jirriżulta li f’Jannar 2014, Konrad Mizzi kien iddikjara li l-pajjiż se jiffranka €178 fis-sena bil-bini tal-power station il-ġdida.
F’dan l-argument, iil-Kap tal-PN semma t-tanker tal-gass li l-gvern Laburista qed jippjana li jpoġġi fil-Port ta’ Marsaxlokk u qal li Joseph Muscat kien qal li ddan it-tanker kien meħtieġ propju minħabba l-power station. Hu staqsa xi skop hemm li l-gvern ipoġġi dan it-tanker meta l-power station issa mhux se ssir fi żmienha.
Filwaqt li appella lill-gvern biex jippubblika l-kuntratti marbuta mal-power station, il-Kap tal-PN qal li l-falliment tal-gvern bl-ikbar wegħda tiegħu tista’ ġġib pożizzjoni differenti mill-credit rating agencies internazzjonali li kien qed jieħdu pożizzjoni dwar Malta propju minħabba l-wegħda tal-power station fi żmien sentejn. Ma’ dawn hemm ukoll l-UE li f’kull rapport tagħha dejjem elenkat il-power station bħala punt ċentrali tal-politika tal-gvern Maltin dwar l-enerġija.
Il-Kap tal-PN tkellem ukoll il-kuntratti li l-Gvern qed jagħmel ma kumpaniji Ċiniżi għax-xirri ta’ elettriku għall-pajjiż. Simon Busuttil ikkritika l-politika tal-Gvern li intrabat mal-Electrogas biex jixtri l-elettriku għall-perjodu ta’ 18-il sena meta kiseb biss garanzija ta’ prezz għal ħames snin. Dan hu gvern li qed jorbot lill-gvernijiet li ġejjin warajh, sostna Simon Busuttil, li kompla li l-gvern qed jintrabat ukoll li jixtri l-enerġija mkingħand il-kumpanija Ċiniża li se tixtri l-impjant tal-BWSC. Il-pajjiż m’għandux bżonn din l-enerġija kollha mingħand iċ-Ċiniżi meta l-pajjiż se jkollu l-interconnector u allura jista’ jixtri elettriku bi prezz irħas, sostna l-Kap tal-PN.
Simon Busuttil kompla li s-sitwazzjoni tal-pajjiż fl-enerġija bħalissa qed turi kemm il-PN kelu raġun fil-politika tiegħu war l-enerġija. Hu rrimarka li l-gvern Laburista jidher li waqqaf l-investimenti li l-gvern Nazzjonalista kien qed jagħmel fl-enerġija alternattiva partikolarment dik mix-xemx waqt li l-interconnector issa jinsab lura biex jitlesta meta dan suppost ilu lest minn Frar.
Simon Busuttil qal li l-ilma u d-dawl huma setturi li jinkwadraw fis-sovranita tal-pajjiż u kien propju għalhekk li l-gvern Naazzjonalista qatt ma pprivatiżżhom għaliex huma sensittivi wisq.
Il-Kap tal-PN qal li fl-aħħar ġranet ħarġet ukoll l-aħbar li mingħajr pubbliċita ta’ xejn u minn wara dahar kulħadd, l-Enemalta biegħet il-Petrolium Division għall-prezz ta’ €83 miljun.
Simon Busuttil tkellem dwar l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u qal li l-pjan tal-Gvern kien li l-elezzjonijiet li jmiss ma jsirux. Hu grazzi għall-ħidma u l-pressjoni li għamel il-PN li l-Gvern sisa ċeda u aċċetta li l-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla jsiru, sostna l-Kap tal-PN, li spjega li anki din uriet id-differenza kbira bejn il-PN u l-PL fil-politika dwar il-kunsilli lokali. Filwaqt li l-PN mhu biss ħoloq il-kunsilli lokali iżda jemmen fihom, il-PL jibqa’ juri kemm ma jemminx fil-prinċipju tal-kunsilli lokali.
Il-Kap ta-PN spjega kif il-gvern Laburista qed inaqqas il-fondi għall-kunsilli lokali bil-konsegwenza li dawn qed tonqsilhom is-saħħa li jwettqu l-proġetti għall-komunitajiet. Il-Kap tal-PN qal li r-raġuni tal-gvern li ma jagħmilx l-elezzjonijiet tal-kunsilli minħabba l-flus tindika li allura l-gvern Laburista qed jammetti li għandu problemi finanzjarji.
Min-naħa l-oħra sostna Simon Busuttil, il-pożizzjoni tal-gvern li ma jagħmilx dawn l-elezzjonijiet għaliex, skont hu, il-polu ddejjaq mill-parteċipazzjoni f’dawn l-elezzjonijiet mhix korretta għaleiex il-fatti juru li l-elettorat Malti hu fost l-aktar li joħroġ jivvvota. Il-fatt li l-oppożizzjoni li għamel il-PN għall-pożizzjoni tl-gvern dwar il-kunsilli wasslet biex il-gvern bidel il-pożizzjoni turi kemm il-PN qed ikun effettiv anki mill-Oppożizzjoni, sostna Simon Busuttil.
//= $special ?>