Fl-Universita’ ta’ Malta illum sar dibattitu organizzat mill-Kunsill Studenti Universitarji dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa.
Mark Sultana qal li għall-Birdlife it-twaqqif tal-kaċċa fir-Rebbiegħa hi kwistjoni ta’ konservazzjoni, filwaqt li Arnold Cassola, mill-Alternattiva Demokratika fakkar kif il-kaċċaturi għamlu anke’ art pubblika bħala privata fejn jekk tidħol ikesksulek il-klieb għalik.
Matul id-dibattitu, Mark Mifsud Bonnici, Segretarju tal-Għaqda tal-Kaċċaturi San Umbertu qal li każi ta’ illegalitajiet mill-kaccaturi forsi jkollna erba’ jew ħamsa fis-sena u kkritika lill-Partit Nazzjonalista ghax skont hu, il-kaccaturi qatt ma ħadu xejn.
Għall-Partit Nazzjonalista, Matthew Agius qal li jrid ikun il-poplu li jiddeciedi jekk iridx kaċċa fir-Rebbiegħa u mhux il-partiti politiċi, għax kien il-poplu li talab referendum.
Anke’ s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali għażel li jdawwar dan id-dibattitu f’wieħed politiku. Galdes qal li l-‘curfew’ fuq il-kaċċa ma kienx jagħmel sens u akkuża lill-Birdlfie li jesaġeraw ir-rapporti ta’ kaċċa llegali.
//= $special ?>