F’Texas kien konfermat li hemm it-tieni ħaddiem fi sptar f’Dallas li jirriżulta li hu nfettat bl-Ebola. Dan kien jaħdem fl-isptar fejn kien iddaħħal raġel mil-Liberja li kellu l-marda u fejn ħaddiem ieħor spiċċa infettat.
Dan hekk kif s’issa għadu mhux magħruf kif seħħ l-ewwel każ ta’ infezzjoni fost il-ħaddiema tal-isptar f’Dallas. Każ li qanqal ħafna tħassib peress li suppost il-ħaddiema mxew skont ir-regoli stabbiliti.
Dan hekk kif in-Nazzjonijiet Uniti wissiet li jekk mhux se tittieħed azzjoni konkreta fil-pajjiżi Afrikani fejn hemm il-marda, sa Diċembru jibda jkun hemm mal-10,000 każ kull ġimgħa.
Il-President Barack Obama l-Erbgħa ddiskuti l-kriżi permezz ta’ video link mal-mexxejja tar-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza u l-Italja.
//= $special ?>

