Edukazzjoni Lokali

L-għaqdiet tal-istudenti mħassba dwar iż-żieda fil-prezz tal-eżamijiet

L-għaqdiet tal-istudenti jinsabu mħassba wara li ħabta u sabta saru jafu li l-miżati għall-istudenti kollha li se japplikaw għall-eżamijiet tal-MATSEC, kemm l-O Levels u l-A Levels, se jogħlew.

Żieda anke’ għal servizzi oħra bħal stampar mill-ġdid tal-karta tar-riżultat, għal dawk li jkunu jixtiequ kopja taċ-ċertifikat ta’ eżamijiet li jkunu għamlu fil-passat u għal dawk li japplikaw tard għal xi eżami.

Ġew introdotti wkoll miżati ġodda bħal fil-każ tal-prattika f’suġġetti tal-O Level u l-Intermediate.

Fid-dawl ta’ dan tkellimna ma’ Gayle Lynn Callus, President tal-Kunsill Studenti Universitarji, ma’ Simon Forster u Mauro Karl Sultana, il-President u s-Segretarju Ġenerali tal-KSJC rispettivament u ma’ Joe Grech, il-President tal-SDM. Segwi dawn il-kummenti fil-filmat.

Intant, min-naħa tiegħu, Matthew Zerafa, President tal-PULSE, esprima x-xewqa tal-għaqda li jirrappreżenta li għallinqas dawn iż-żidiet iwasslu biex l-istudenti jdumu inqas jistennew ir-riżultati.