Lokali Qorti

Biżżejjed provi biex il-kaċċaturi jitpoġġew taħt att ta’ akkuża

Hemm biżżejjed provi biex il-kaċċaturi li wettqu diversi reati waqt il-protesta tal-21 ta’ Settembru jitpoġġew taħt att ta’ akkuża. Id-deċiżjoni tal-Qorti waslet hekk kif illum kompliet il-kumpilazzjoni fil-kaz tal-kaċċaturi.

Id-disa’ kaċċaturi, li l-każ tagħhom qed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Anthony Vella, qed jiġu mixlijin bi 43 akkuża, li kollha huma prattikament relatati fosthom li telfu jew naqqsu l-ġieħ tal-Prim Ministru ta’ Malta billi weġġgħuh bi kliemhom, li nġabru f’ġemgħa ta’ aktar minn 10 persuni bl-iskop li jagħmlu reat u li ftehmu jew għamlu konġura.

Il-Prosekuzzjoni qed tixli wkoll lil żewġ persuni li fil-Belt kellhom arma, anke jekk hi immitazzjoni u li wieħed minnhom waddab ġebel lejn persuni oħrajn. Sadanittant żewġ kaċċaturi oħrajn qed jiġu mixlija wkoll li mhux biss tkellmu ħażin, iżda ħebbew għal membri tal-media.