Wara li dan l-istazzjon ilbieraħ żvela li delegazzjoni Ċiniża kienet se tkun Malta biex iżżur il-Power Stations tal-Marsa u ta’ Delimara, il-Gvern, il-Ħamis filgħaxija bagħat stqarrija li fiha kkonferma l-istorja ta’ dan l-istazzjon.
Fl-Istqarrija, akkumpanjata minn filmati u ritratt wieħed, minħabba li ż-żjara ma’ nfethitx għal media, intqal li “d-diskussjonijiet bejn l-Enemalta, Electrogas Malta u Shanghai Electric Power, komplew illum waqt żjara f’Delimara”.
Kif żvela dan l-istazzjon, l-istqarrija tikkonferma li aktar tard il-membri tas-Shangai Electric Power, flimkien mal-Ministru għall-Enerġija u l-amministrazzjoni tal-Enemalta, żaru wkoll l-impjant tal-Marsa.
Ilierah żvelajna li sorsi li tkellmu ma’ dan l-istazzjon qalu li l-ħaddiema tal-Enemalta kienu diġà nfurmati dwar dan b’memo li fiha tħabbar ukoll li l-Enemalta se tkun qed tneħħi il-boilers 3 u 4.
Dawn il-boilers kienu twaqqfu joperaw fi żmien Gvern Nazzjonalista meta kienet bdiet taħdem il-Power Station tal-BWSC. Il-ħaddiema kienu nfurmati biex l-ebda ħaddiem, ħlief dawk awtorizzati, ma jkunu fil-viċinanzi ta’ dawn il-boilers, filwaqt li jekk xi ħaddiem jinqabad fil-pussess ta’ materjal minn dawn il-boilers, jittieħdu passi severi kontrih.
//= $special ?>