Lokali Parlament Sport Sport Ieħor

Jiżdiedu l-ħlasijiet u jonqsu l-istudenti għall-ibburdjar

Iż-żieda tal-Gvern fi ħlasijiet ta’ miżati għad-dixxiplina tal-ibburdjar fil-programm “Summer on The Move” ħalla effett negattiv fuq l-attendenza tat-tfal, tant li minn minn 97 li attendew fl-2012 naqsu għal 47 fl-2013 u għal 8 fl-2014.

Id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo biex jgħid kemm kienu l-istudenti li ħadu sehem fid-dixxiplina tal-ibburdjar fil-programm “Summer On the Move” sena b’sena, fl-aħħar tliet snin.

Mill-informazzoni li l-Ministru Bartolo ta wkoll għal mistoqsija oħra tad-Deputat Nazzjonalista, irriżulta li fl-aħħar sentejn żdiedu b’mod sostanzjali l-ħlasijiet għal din id-dixxiplina sportiva, minn €70 fl-2012 għal €80 fl-2013 u għal €120 dan is-sajf li għadda.