Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil appella lill-Konsulent tal-Prim Ministru John Dalli li, f’għeluq is-sentejn eżatt minn meta l-Konsulent tal-Prim Ministru ntalab jirriżenja mill-Kummissjoni Ewropea, ikun aktar xieraq li jkun hu li jagħmel apoloġija lill-poplu Malti.
Simon Busuttil għamel dan l-appell fi stqarrija, li fiha ddikjara wkoll li assolutament mhux minnu dak li qed jgħid il-Konsulent tal-Prim Ministru fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni b’rabta ma’ dak li ġie rrappurtat dwar ix-xhieda li ta l-eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar b’rabta mal-inverstigazzjonijiet li saru mill-Pulizija Maltija dwar l-allegazzjonijiet ta’ tixħim kontra Dalli.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni ddikjara li dak li qal Dalli hu maħsub biss biex jiddevja l-attenzjoni mis-sustanza tal-każ tiegħu. Dalli irreaġixxa għax-xhieda li ngħatat din il-ġimgħa fil-Kumitat tal-Privileġġi mill-Kap tas-Servizzi Sigrieti Michael Cassar, li kien parti mit-tim ta’ investigaturi li kien qed jinvestiga l-allegat każ ta’ tixħim kontra l-Konsulent tal-Prim Ministru u Silvio Zammit. Dalli qal li l-media tal-Partit Nazzjonalista rrappurtat b’intenzjoni ħażina x-xhieda li ta Cassar.
Madankollu, il-media tal-PN irrappurtat dak li xehed Michael Cassar u anke aktar minn darba dwar mistoqsijiet li għamlet ripetutament l-Oppożizzjoni fil-Kumitat tal-Privileġġi, jiġifieri li fil-fehma ta’ Micahel Cassar, John Dalli u Silvio Zammit kellhom jitressqu l-Qorti flimkien. Il-Kap tal-Oppożizzjoni ippubblika wkoll id-dokument li tressaq fil-Kumitat tal-Privileġġi mill-eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija.
Id-dokument juri li f’laqgħa fis-6 ta’ Diċembru 2012, l-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo, l-Avukat Ġenerali Peter Grech, l-Assistent Avukat Ġenerali Donatella Frendo Dimech, l-eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija John Cachia u l-Ispettur Angelo Gafà qablu li Dalli kellu jitressaq il-Qorti akkużat bir-reat kriminali ta’ trading in influence u tixħim. Dan il-proċess waqaf wara li Joseph Muscat sar Prim Ministru.
Simon Busuttil qal li “l-Konsulent Personali tal-Prim Ministru, John Dalli, qed jaħseb li jista’ jheddidni li jtellagħni l-Qorti. Jien ma bżajtx mill-Prim Ministru li pprova jagħlaqli ħalqi b’ġuri quddiem tliet Deputati Laburisti fil-Kumitat tal-Privileġġi, aħseb u ara kemm se nibża’ mill-Konsulent tiegħu”.
Agħfas hawn biex taqra d-dokument ippreżentat minn Michael Cassar.
F’reazzjoni John Dalli staqsa għalfejn għandu japoloġiżża meta fi kliemu huwa vitma ta’ dawk li poġġew l-interessi tal-industrija tat-tabakk fuq is-saħħa taċ-Ċittadini Ewropej.
Min-naħa l-oħra kompla John dalli dawk li għandhom japoloġiżżaw huma dawk li taw pariri lix-xhida biex jkomplu jirrepetu l-verżjoni tagħhom ta din il-gidba.
Huma reġa’ akkuża lill-Kap tal-Oppożizzjoni li qed jaġixxi b’mala fede f’kampanja ta’ assassinju tal-karattru
//= $special ?>