L-ogħla awtoritajiet militari Taljani stqarrew li l-attività militari tal-ISIS fl-Iraq u s-Sirja kienet iġġib magħha riskji kbar għall-Italja u għall-bqija tal-Ewropa. Huma stqarrew ukoll li għandu jsir dak kollu possibbli biex il-Libja ma tkomplix taqa’ aktar fil-kaos. Anke Ċipru esprima t-tħassib tiegħu għall-attività tal-ISIS fil-Lvant Nofsani.
Sadanittant, kien hemm rapporti li ajruplani militari Eġizzjani kienu attakkaw qagħdiet tal-militanti Iżlamiċi madwar Bengazi. Barra minhekk, ġellieda Kurdi fis-Sirja qed isostnu li l-militanti Iżlamiċi kellhom jirtiraw minn diversi partijiet ta’ Kobane minħabba l-attakki internazzjonali mill-ajru.
//= $special ?>

