Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-moon għamel appell imqanqal biex jinġabru l-fondi li hemm bżonn ħalli jingħelbu l-isfidi kbar li qed iġib miegħu l-virus tal-Ebola.
In-Nazzjonijiet Uniti diġà għamlet appell simili, iżda l-flus li daħlu mill-pajjiżi ma kienux biżżejjed biex tintlaħaq il-mira li tfasslet. Ban Ki-moon qed jinsisti li hemm bżonn fond kbir ta’ madwar $1 biljun, li minnhom daħlu biss $100,000.
//= $special ?>

