Knisja Lokali

Fil-kurituri tal-Kurja, jibdew jissemmew l-ewwel ismijiet ta’ min se jieħu post Mons Pawlu Cremona …

Fr Jimmy Bonnici, li kien ir-Rettur tas-Seminarju, u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech huma ż-żewġ ismijiet li qed jissemmew biex wieħed minnhom ikun l-Arċisqof il-ġdid ta’ Malta.

Sorsi li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu li dawn iż-żewġ ismijiet qed jissemmew sew fil-kurituri tal-Kurja, hekk kif sar magħruf li l-Arċisqof Pawlu Cremona ppreżenta l-ittra tar-riżenja tiegħu lill-Papa Franġisku.

Sadanittant, wara li ħarġet l-aħbar tar-riżenja ta’ Mons Cremona, il-Kurja ħabbret li għada fil-11am se tiġi indirizzata konferenza tal-aħbarijiet.