Il-Kap tal-Kurdi li qed jirreżistu lit-terroristi tal-ISIS fil-belt Sirjana ta’ Kobane għamilha ċara li din il-belt għadha fil-periklu, minkejja l-appoġġ tal-qawwiet tal-ajru Amerikani li qed jikkonċentraw l-attakki fuq il-militanti qattiela.
Anwar Muslim, li jmexxi l-Gvern lokali fiz-zona assedjata, qal li għalkemm l-attakki mill-ajru qed iżommu lit-terroristi milli javvanzaw fl-inħawi ta’ Kobane, hu minnu li l-ISIS għadhom qed jikkontrollaw kważi terz ta’ din il-belt.
//= $special ?>

